Friday, August 1, 2025

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul iħabbar il-proposti tal-miscarriage leave

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, ħabbar id-dettalji ta’ riforma importanti li se tintroduċi l-Miscarriage Leave f’Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Ellul li ġie fdat b’din ir-riforma, ħabbar li l-leave se jkun ta’ sebat ijiem konsekuttivi u li se jitħallas kollu kemm hu mill-Gvern, u li għalhekk mhux se jkun ta’ xkiel għan-negozji Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar ix-xogħol li sar fil-konsultazzjoni pubblika fejn il-Gvern tkellem ma’ esperti mediċi, ma’ ħaddiema, unions u min iħaddem, u anke ma’ koppji li għaddew minn korriment.

Dr Ellul spjega li l-leave mhux biss se jingħata lill-mara, iżda anke lill-partner tagħha.

Qal li l-ħlas tal-leave se jkun ibbażat fuq il-paga medja, u allura jammonta għal ftit aktar mid-doppju tal-paga minima nazzjonali.

Spjega li aktar importanti minn hekk, il-koppja se jingħataw servizz psikoloġiku mingħajr ħlas biex jgħinhom jibdew jirkupraw mit-trawma li jkunu sofrew.

Is-Segretarju Parlamentari Ellul żied jgħid li biex wieħed japplika għal dan il-leave se jintalab biss ċertifikat mediku mingħand ginekologu, u li l-istess ċertifikat jista’ jintuża mill-partner tal-mara biex japplika għal-leave tiegħu.

Kompla jispjega illi wara li l-ħaddiem jieħu dan il-leave, għandu id-dritt jirritorna fil-pożizzjoni li kien fiha mingħajr tnaqqis ta’ kundizzjonijiet.

Temm jgħid illi din hi miżura soċjali li turi li għall-Gvern, is-suċċess ekonomiku u l-ġustizzja soċjali f’pajjiżna jmorru id f’id.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport