Thursday, December 26, 2024

Is-Segretarju tas-Saħħa fir-Renju Unit jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju tas-Saħħa fir-Renju Unit Sajid Javid irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u qiegħed isofri minn sintomi ħfief.

Javid qal li hu rċieva ż-żewġ dożi tat-tilqim u li għamel test rapidu wara li l-Ġimgħa filgħaxija ħassu daqsxejn ma jiflaħx u rriżulta pożittiv għall-virus. Huwa żied jgħid li beda perjodu ta’ kwarantina sakemm jirċievi r-riżultat tal-PCR.

Għat-tieni ġurnata, ir-Renju Unit irreġistrat aktar minn 50,000 każ. Qabel dawn l-aħħar jumejn, fil-pajjiż l-aħħar li nqabżu l-50,000 każ f’ġurnata kien f’nofs Jannar.

Intant huwa ħeġġeġ lil dawk kollha li għadhom ma tlaqqmux biex jagħmlu dan mal-ewwel opportunità u lil kull min iħoss xi sintomi biex jagħmel test. Huwa qal li b’dan il-mod kulħadd ikun qiegħed jagħmel il-parti tiegħu kontra l-pandemija.

Ekonomija

Sport