Monday, December 23, 2024

Is-sena 2020 kienet “l-aktar sena sħuna għall-Ewropa”

Aqra wkoll

L-Uffiċċju Meterjoloġiku tar-Renju Unit iddikjara li s-sena 2020 kienet l-aktar sena sħuna għall-Ewropea. Ġie spjegat li t-temperatura kienet 2 gradi aktar għolja minn dik  li kien ikun hemm bejn il-perjodu mis-sena 1981 u s-sena 2010. L-Uffiċċju spjega s-sena li għaddiet kienet 0.5 gradi aktar sħuna mis-sena 2015, li kienet ġiet klassifikata bħala l-aktar sena sħuna. L-aktar ħames snin li kellhom temperaturi għoljin kollha kienu mis-sena 2014 ‘l quddiem. 

L-uffiċċju qal li għadd ta’ pajjiżi meta qabblu l-medja tat-temperaturi ma’ dawk bejn is-sena 1981 u 2010 sabu li kellhom temperaturi ferm aktar għojin. Il-Belġju sab li t-temperatura kienet 1.9 gradi aktar, l-Olanda 1.6 gradi aktar, il-Lussemburgu 2.1 gradi aktar, Franza kellha 1.5 grad aktar, Spanja b’żieda ta’ 1.2 grad, l-Iżvizzer b’1.5 grad, in-Norveġja b’1.9 gradi, il-Polonja b’1.9 grad, l-Estonja 2.4 gradi aktar waqt li l-Litwanja irreġistrat 2.3 gradi aktar. 

Pajjiżi bħall-Finlandja kellhom 2.4 grad aktar, l-Iżvezja 2 gradi, il-Belarus 2.3 grad, l-Ukrajna bi 2.8 gradi u r-Russja b’żieda ta’ 2.9 grad. 

Ekonomija

Sport