Sunday, December 22, 2024

Is-sena 2024 se tkun waħda tajba għal pensjonanti

Aqra wkoll

Għad-disa’ sena konsekuttiva se tingħata żieda oħra lill-pensjonanti kollha fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. B’kollox biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inkluża, kull pensjonant tal-irtirar, ir-romol, dawk tal-invalidità u dawk li jieħdu l-pensjoni taletà se jiżdiedu €15 fil-ġimgħa jew €780 fis-sena. 

Minn din is-sena, l-istess mekkaniżmu li diġà japplika għal dawk li twieldu fl-1962 jew wara se jkun japplika wkoll għall-pensjonanti li twieldu qabel. Se jitjiebu l-eżenzjonijiet mit-taxxa li japplikaw mill-età ta’ 61 sena ’l quddiem għall-pensjonanti. 

Ser jiżdied il-bonus għal dawk il-persuni li ma’ ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni. Il-bonus għal min ikun ħallas minn sena sa erba’ snin bolol se jitla’ minn €450 għal €500 waqt li ta’ dawk li ħallsu minn ħames sa disa’ snin bolol se jitla’ minn €550 għal €600 fis-sena.

Dawn huma biss ftit mill-miżuri mħabbra għall-budget t’ din is-sena. Dawn huma benefiċċji li se jkomplu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies, għaliex dan il-Gvern dejjem hemm man-nies, għan-nies. 

Ekonomija

Sport