Il-medium u l-persuna li tara l-futur Selina Avalon ħabbret li s-sena d-dieħla mexxej kbir se jmut, iżda dan mhux il-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
Avalon “ħabbret” li dan il-mexxej kbir se jkollu funeral li jixxandar mad-dinja kollha u għalih se jkun qiegħed jattendi l-President Trump.
Fis-snin li għaddew Avalon kienet “ħabbret” li Spanja u l-Portugall se jkollu jiem sħaħ bla dawl. Kienet ħabbret ukoll il-mewt ta’ Papa Franġisku u ġrajjiet oħrajn kbar li seħħew madwar id-dinja.


