Sunday, December 22, 2024

Is-sena l-oħra 92% tal-Maltin użaw l-Internet

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet 92% tal-Maltin li għandhom bejn 16 u 74 sena għamlu użu mill-Internet.

Dan tħabbar fi stqarrija li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO dwar l-użu tat-teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni mill-Familji. Parti minn dan l-istudju kien iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rata tal-Maltin li s-sena li għaddiet għamlu użu mill-Internet hija għola minn dik medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom rata ta’ 91%.

Fl-istess stqarrija ntqal li dawk li għandhom bejn 60 u 74 sena l-maġġoranza tagħhom jużaw l-Internett ukoll hekk kif kien hemm 69% li wieġbu fil-pożittiv.

Minn dan l-istudju ħareġ li l-Internet kien użat l-aktar is-sena l-oħra għall-komunikazzjoni u anke biex ifittxu għall-informazzjoni.

Ekonomija

Sport