Friday, November 29, 2024

“Is-sena li ġejja rridu nwelldu tama ġdida… f’idejk għandek il-muftieħ għal ġejjieni aħjar”

Aqra wkoll

“Is-sena li ġejja rrridu nwelldu tama ġdida. Tama li lkoll inkunu aktar b’saħħitna, li pajjiżna jibda jirpirlja, li nibdew nirbħu lura l-isem li pajjiiiżna dejjem kellu. Tama li int tirnexxi aħjar u miegħek jirnexxu Malta u Għawdex.  Għandi bżonnok ukoll. Flimkien nistgħu nwettqu l-ambizzjonijiet tiegħek. Naħdmu għal ambjent aktar nadif u tajjeb għalik u l-familja tiegħek. F’idejk għandek il-muftieħ għall-ġejjieni aħjar… ejjew inwettquh flimkien.”

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-messaġġ tiegħu għas-sena 2022 fejn ma naqasx ukoll milli jsemmi l-pandemija.

Il-ħsieb tiegħu mar lejn dawk li ġarrew jew għadhom qed iġorru t-toqol tal-pandemija. Tkellem dwar l-477 vittmi ta’ din il-pandemija, liema pandemija niżlet lid-dinja għarkupptejha.

Semma kif il-pandemija affettwat lin-nies minn kull sfera fost l-oħrajn tkellem dwar dawk il-ħaddiema li niżlu għal 4-day week u ma naqasx milli jsemmi dawk in-negozji li fi kliemu waslu f’xifer il-falliment.

“Aħna ngħixu magħkom din it-tbatija u rridu naraw li pajjiżna tassew jieqaf magħkom. Dan isir billi naraw li s-sagrifiċċju tagħkom ma kienx għalxejn,” qal Grech filwaqt li qal li bħala nazzjon irridu nirrikonoxxu s-sagrfiċċli ta’ dawk fuq quddiem nett ta’ din il-battalja. 

Grech tkellem dwar l-fatt li sena ġdida hija wkoll okkażjoni biex nitjiebu u nbiddlu dak li stajna għamilna aħjar fl-aħħar sena u nibnu fuq dak li huwa tajjeb.

Semma kif ħafna minnha f’dan iż-żmien nagħmlu xi tip ta’ riżoluzzjoni fejn ta’ spiss nimpenjaw ruħna li ntejbu xi aspett ta’ ħajjitna. F’dan ir-rigward huwa qal: “Din is-sena l-ġdida bħala Kap tal-PN se nkun qed nitlob il-fiduċja tiegħek biex flimkien immexxu l-pajjiż ‘il quddiem.”

“Aħna t-tnejn nistgħu nimpenjaw ruħna biex flimkien nagħtu aktar valur u dinjità lil kull wieħed u waħda minnha. Inti u jien, it-tnejn, nemmnu li pajjiżna jeħtieġlu jagħti aktar valur lis-sewwa u jrażżan lil min jisfrutta l-ħaddiem. Jiena rrid li x-xogħol ta’ kull wieħed minnha jkun valorizzat u stmat. Irrid fuq kollox li pajjiżna jinvesti b’saħħa biex ix-xogħol tiegħek għada jitħallas aktar milli qed jitħallas illum.”

Sport