Saturday, November 2, 2024

Is-sena li għaddiet 269,763 persuna raw bejniethom 358 film taċ-ċinema

Aqra wkoll

Fl-2021, is-swali taċ-ċinema f’Malta u Għawdex ipproġettaw 358 films differenti li rawhom xejn inqas minn 269,763 persuna. Dan juri li l-wiri ta’ films fiċ-ċinema għadu popolari fost il-Maltin.

Fl-istess sena wkoll, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema b’total ta’ 25 skrin b’kapaċità ta’ 1,633 spettaturi bilqiegħda. Minn dawn is-sitt swali taċ-ċinema, tnejn kienu f’Għawdex.

Statistika uffiċjali mogħtija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika uriet li matul it-12-il xahar tas-sena l-oħra, it-358 films differenti, bejniethom ammontaw għal 21,297 wiri, li laħħqu medja ta’ 59 wiri għal kull film. 

Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu jappartjenu għal films qosra aktar milli għall-kategorija rawhom 11,938 persuna li d-dħul minnhom kien ta’ €87,176 għal 439 wiri. 

Min-naħa l-oħra, produzzjonijiet barranin, minbarra “feature” films tradizzjonali kienu jinkludu wkoll ċinema tal-avvenimenti. Dawn ġibdu udjenza ta’ 257,825 bi dħul totali ta’ €1,881,087 f’20,858 wiri.

Matul it-tieni sena tal-pandemija, l-udjenzi taċ-ċinema kellhom għażla ta’ spettaklu distint, li ftit inqas minn żewġ terzi tagħhom kienu films “fiction”. Dawn il-kategoriji ta’ films ġibdu ‘l fuq minn erba’ minn ħamsa tad-dħul totali.

Matul l-2021, l-aktar films li attiraw udjenzi kienu ‘No Time to Die’, ‘Spider-Man: No Way Home’ u ‘Fast & Furious 9’ li ammontaw għal 11.9 fil-mija, 9.3 fil-mija u 5.2 fil-mija tad-dħul totali rispettivament. 

Sport