Friday, December 13, 2024

Is-Senegal champions Afrikani għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Sadio Mane skorja l-penalty rebbieħ hekk kif is-Senegal għelbu lill-Eġittu bl-iskor ta’ 4-2 bl-għoti tal-penalites  wara li l-finali ta’ bejniethom intemmew fi draw ta’ mingħajr goals biex rebħu t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani għall-ewwel darba fl-istorja.

L-attakkant ta’ Liverpool, fil-ftuħ ta’ din il-finali, eżattament fis-sena’ minuta, falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għas-Senegal meta ra x-xutt tiegħu mill-11-il metru jiġi salvat mill-goalkeeper Eġizzjan, Gabaski. 

Fil-veritá kienet finali tensa u ma tantx kienet waħda spettakolari biż-żewġ settijiet ta’ players kien aktar moħħhom li ma jsofrux il-goal milli jmorru fuq l-offensiva u jiskorjaw.

Il-goalkeeper ta’ Chelsea, Edouard Mendy, ċaħħad lil Mohanad Lasheen milli jiskorja l-penalty tiegħu meta kien 3-2 … biex Mane skorja l-penalty deċiżiv liema finali ntlagħbet fl-Olembe Stadium ta’ Yaounde.

Din kienet ukoll il-finali taż-żewġ attakkanti ta’ Liverpool, Sadio Mane u Mohamed Salah iżda Mane kellu l-aħħar kelma deċiziva hekk kif skorja l-penalty tar-rebħa.

Wara żewġ telfiet fil-finali preċedenti, is-Senegal fl-aħħar huma rebbieħa tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika, filwaqt li l-Eġittu fallew milli jirbħu t-tmien unur li kien ikun ukoll l-ewwel wieħed għal Salah.

“Juri biss li jekk taħdem ħafna, jekk tippersevera, int se tikseb dak li trid,” qal il-kowċ tas-Senegal, Aliou Cisse.

“Ninsab emozzjonat ħafna għax in-nies tas-Senegal ilhom jistennew dan it-trofew għal 60 sena.”

Ekonomija

Sport