Saturday, November 23, 2024

Is-Serbja jridu jegħlbu lill-Isvizzera biex ikomplu javvanzaw

Aqra wkoll

Minn Grupp G, fit-8.00 pm, is-Serbja jiffaċċjaw lill-Isvizzera fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom jekk iridu jibqgħu javvanzaw …. u fl-istess waqt jittamaw li l-Brażil jegħlbu lill-Kamerun.

L-Isvizzera sofrew telfa fl-aħħar ħarġa tagħhom meta sfaw megħluba mill-Brażil bl-iskor ta’ 1-0. Huma jinsabu fit-tieni post u rebħa tarahom fir-round tal-Aħħar 16 … iżda draw jkun biżżejjed jekk il-Kamerun jonqsu milli jegħlbu lill-Brażil.

Is-Serbja m’għandhom l-ebda problemi ta’ players imweġġħin.

Min-naħa l-oħra għall-Isvizzera, Noah Okafor, tilef il-logħba ta’ nhar it-Tnejn kontra l-Brażil minħabba injury u għalhekk irid jiġi assessjat qabel din il-logħba.

Xherdan Shaqiri lanqas ma kien involut fit-telfa kontra l-Brażil, iżda għandu jkun tajjeb biżżejjed biex jibda, fejn ma lagħabx fl-aħħar logħba aktar bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Sport