Friday, November 15, 2024

Is-Serie A mhux se jiġi mċaqlaq

Aqra wkoll

Il-president tal-FIGC, Gabriele Gra­vina, waqqa’ suġġerimenti mil-Lega Serie A li l-bidu tal-istaġun jista’ jittardja jekk jibqgħu għaddejjin il-kundizzjonijiet ta’ sħana estrema.

Il-kampjonat għandu tibda fit-13 ta’ Awwissu u l-president tal-Lega Serie A, Lorenzo Casini, ikkummenta l-ġimgħa li għaddiet li jkun “diffiċli ħafna” li jibda f’dik id-data “jekk it-temperaturi attwali jippersistu”.

L-Ewropa bħalissa tinsab taħt mewġa ta’ sħana storika, b’nirien mifruxa f’bosta pajjiżi u temperaturi estremi.

L-istaġun tas-Serie A se jibda aktar kmieni minħabba t-Tazza tad- Dinja tal-2022, li se tintlagħab f’Novembru u Diċembru fil-Qatar.

“Ma ddeċidejniex meta nibdew u nispiċċaw l-istaġun, iżda hemm dati u jeħtieġ li jiġu rispettati,” qal il-president Gravina waqt attività f’Reggio Calabria.

“Wara kollox, fi snin oħra bdejna fl-20 ta’ Awwissu, allura hija biss differenza ta’ ġimgħa. Niftakar fl-1994 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Istati Uniti li lgħabna kontra l-Brażil, f’Pasadena, fis-17 ta’ Lulju u kien 50 grad Celsius.

“L-atleti huma atleti, huma ppre­parati biex jiffaċċjaw anke l-aktar kundizzjonijiet estremi.”

L-ewwel ħin tal-bidu għal-logħob fl-ewwel erba’ tmiem il-ġimgħa tas-Serie A huwa 18.30 ħin lokali min­ħabba t-temp, u għalhekk tiġi evitata s-sħana tax-xemx.

Mit-3 ta’ Settembru, se jkun hemm xi fixtures fit-3.00 pm u fin-12.20 pm ħin lokali.

Ekonomija

Sport