Friday, December 13, 2024

Is-Serie A Taljana f’battalja legali f’Malta… kumpaniji ordnati biex servizzi tagħhom ma jibqgħux jiġu użati

Aqra wkoll

Logħbiet tas-Serie A imxandra onlajn permezz ta’ siti elettroniċi, mobile device apps jew software ieħor aċċessati, inklużi u mniżżla fi set-top boxes, media players, kompjuters jew apparat elettroniku ieħor  permezz tas-servizz mogħti mis-soċjetajiet imsemmija, spiċċaw f’battalja legali f’Malta. Il-kumpanija Svizzera Infront Sports & Media AG qalet li minn eżerċizzju magħmul mis-soċjetà PriceWaterhouse Coopers f’Malta, ġew identifikati numru ta’ IP Addresses li jagħtu aċċess onlajn għall-kontenut awdjoviżiv tal-logħob  u li qed jigi trasmess/streamed minghħajr d-debita liċenzja jew awtorizazzjoni tas-soċjetà. Iddikajrat li dan qed isir bi ksur tad-drittijiet tal-awtur. Il-Qorti ordat biex is-servizzi ta’ kumpaniji tat-telekommunikazzjoni f’Malta ma jibqgħux jiġu użati biex jitrasmettu dan il-logħob.

Il-proċeduri infetħu minn Infront Sports & Media AG, entità  legali reġistrata fl-Svizzera  kontrra Epic Communications Limited, Melita Limited u GO plc 

Infront Sports & Media AG, qed tiddetjeni id-drittijiet awdjovizivi internazzjonali  tal-loghobiet tal-ewwel divizjoni tal-league tal-futbol Taljan Serie A għall-istaġuni 2021/2022, 2022/2023 u 2023/2024.

Il-kumpanija qalet li qed tgawdi mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ai termini tal-Kapitolu 415 tal-Ligijiet ta` Malta, inkluz id-dritt esklussiv illi titrasmetti, tikkomunika u tpoġġi għad-dispożizzjoni lill-pubbliku il-kontenut awdjovizi imsemmi fost oħrajn ġot-territorju ta’ Malta. 

Il-kumpanija qalet li Epic, Melita u Go  joperaw bħala Internet Service Providers (ISPs) u għalhekk fuq il-pjattaforma elettronika tagħhom jgħaddi kontenut diġitali minn diversi sorsi. Spjegat li minn eżerċizzju magħmul mis-soċjetà PriceWaterhouse Coopers f’Malta, ġew identifikati numru ta’ IP Addresses li jagħtu aċċess onlajn għall-kontenut awdjoviżiv tal-logħob  u li qed jigi trasmess/streamed mingħajr d-debita liċenzja jew awtorizazzjoni tas-soċjetà. 

Is-soċjetà qalet li għalhekk it-trasmissjoni jew streaming tal-kontenut awdjoviziv imsemmi qiegħed issir b’mod illegali u bi ksur tad-drittijiet tal-awtur.

Is-soċjetà qalet li tali kontenut awdjoviżiv trasmess jew streamed illegalment jista’ jiġi aċċessat f’Malta permezz ta’ siti elettroniċi, mobile device apps u/jew software ieħor aċċessati, inklużi u imniżżla fi set-top boxes, media players, kompjuters jew apparat elettroniku ieħor  permezz tas-servizz mogħti mill-kumpaniji imsemmija. 

Is-soċjetà qalet li  għalhekk filwaqt li l-kumpaniji mhumiex huma stess jiksru id-drittijiet tal-awtur, is-servizz mogti minnhom jista’ madankollu jintuża sabiex isir dan il-ksur hekk kif permezz tagħhom, il-klijenti ta’ dawn il-kumpaniji jistgħu jiksbu aċċess għall-kontenut awdjoviżiv trasmess illegalment.

Is-soċjetà qalet li għalhekk l-aktar mod effettiv sabiex  tipproteġi d-drittijiet tagħha huwa li jitwaqqaf l-aċċess għall-istreaming servers li qed jittrasmettu illegalment il-kontenut awdjoviżiv li fuqu hija tiddetjeni d-drittijiet tal-awtur. 

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li fid-dawl tal-provi mressqa u tal-provvedimenti relatati ikkunsidrat u  jidhrilha  li jkun ġust u ekwu li tilqa’ t-talba tas-soċjetà u tordna lill-kumpaniji biex iwaqqfu u jassikuraw li s-servizzi tagħhom ma jibqgħux jiġu użati biex jinkissru d-drittijiet tà proprjetà intelletwali.

Il-Qorti ordnat fil-konfront tal-kumpaniji, li huma jwaqqfu l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv tal-logħbiet tal-ewwel diviżjoni tal-league tal-futbol Taljan Serie A li qiegħed trasmess jew streamed bi ksur tad-drittijiet tal-awtur   u dan billi twaqqaf l-aċċess għall-IP Addresses kollha indikati f’rapport tas-soċjetà PriceWaterhouse Coopers  tas-sena 2022.

Ekonomija

Sport