Sunday, April 13, 2025

Is-serje televiżiva Ingliża ‘Secret Service’ tiffilmja f’Malta

Aqra wkoll

Il- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, u l-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żaru l-ġonna tal-Gardjola fl-Isla fejn bħalissa qed iseħħ il-filming tas-serje Brittanika ‘Secret Service’.

L-istazzjon ITV kien ħabbar din id-drama ta’ spjunaġġ f’nofs l-2024, u bdiet l-iffilmjar f’Londra, l-Ingilterra, u Malta kmieni fl-2025.

Din is-sensiela, adattata mir-rumanz bl-istess isem tal-ġurnalist tal-ITV Tom Bradby, hija waħda mit-tmien produzzjonijiet li bħalissa qed jiġu prodotti jew iffilmjati f’Malta.

Is-serje ta’ ħames episodji, taħt id-direzzjoni ta’ James Marsh, qed tkun prodotta bl-assistenza tal-Kummissjoni tal-Films, grazzi għall-programm tal-cash rebate.

Il-produzzjoni qed timpjega madwar 150 crew, fosthom 122 Malti u Għawdxi. B’hekk in-numru ta’ crew Malti u Għawdxi jaħdmu fil-films ikompli jikber.

Ix-xogħol fuq din is-serje qed isir fil-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla u Ħad Dingli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport