Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa u nhar It-Tlieta li ġej jista’ jsir:
- fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
- fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 21 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem il-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
- fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 23 t’Awwissu ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.
Noti importanti ħafna:
- Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
- Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
- Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.