Sunday, January 11, 2026

Is-servizzi bankarji huma neċessità fil-ħajja tal-lum

- il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta Rodrick Zerafa

Aqra wkoll

Is-servizzi bankarji huma neċessità fil-ħajja tal-lum, kemm għal persuni li huma żgħar fl-età però anke għal dawk li huma avvanzati fl-età. 

Dan iddikjarah Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta Rodrick Zerafa, fejn irrimarka li  rċieva numru ta’ ilmenti minn bosta nies illi joqogħdu l-Kottonera għal fatt illi l-bank tal-BOV ta’ Bormla tiftaħ biss sal-11:00 a.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt ma’ tiftaħx. 

Spjega li din hija l-unika branch fil-Kottonera kollha u li għalhekk ħafna nies ovvjament li huma anzjani forsi ma jafux jużaw l-ATMs. Zerafa qal ukoll; “Allura jkollhom bżonn il-kuntatt uman u dan irridu naraw illi jkompli jiżdied għal fatt illi qed ikun hawn kjus u nies illi jdumu biex jinqdew”.

Enfasizza li rċieva korrispondenza lura m’għand il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Kenneth Farrugia. Spjega li bħala BOV se jkunu qed jagħtu konsiderazzjoni dovuta lill-proposti li elenka għalihom sabiex jaraw kif jistgħu jħarsu lejn soluzzjonijiet li jtejbu l-esperjenza tal-klijenti. 

Zerafa tenna li se jkun qiegħed jagħti aktar aġġornamenti dwar l-iżvilupp li se jkun hemm f’dan ir-rigward. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport