Sunday, December 22, 2024

Is-sewwieq tal-F1 Alex Albon jiddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva minħabba problemi respiratorji

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, Alex Albon, iddaħħal b’urġenza fit-taqsima tal-kura intensiva fi tmiem il-ġimgħa wara li sofra minn insuffiċjenza respiratorja.

Is-sewwieq tal-Williams ta’ 26 sena ġie djanjostikat b’appendiċite is-Sibt filgħodu, b’postu għall-GP tal-Italja tal-Ħadd li għadda ttieħed minn Nick de Vries.

Iżda fi stqarrija, it-team tal-Williams ikkonferma li Albon kien sofra “kumplikazzjonijiet” wara operazzjoni u ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar, f’Monza.

Is-sewwieq Tajlandiż-Ingliż qatta’ l-lejl fuq ventilatur qabel ma ġie trasferit għal sala ġenerali l-Ħadd filgħodu.

Stqarrija tal-Williams kienet tgħid li: “Wara d-dijanjosi ta’ appendiċite ta’ Alex Albon nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru filgħodu, iddaħħal l-isptar San Gerardo għall-kura.

“Huwa ġie operat b’suċċess u issa l-qagħda tiegħu hija waħda stabbli.”

Ekonomija

Sport