Raġel ta’ 41 sena mill-Mellieħa se jkun qed jitessaq il-qorti dwar l-inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt li għadda fil-Mosta. Fl-inċident tilfu ħajjithom żewġt irġiel, Pakistani ta’ 41 sena u ieħor ta’ 33 sena. It-Tnejn kienu jgħixu f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident fatali seħħ għall-ħabta tas-6:00 a.m meta seħħet ħabta bejn Smart Fortwo, misjuqa mir-raġel ta’ 41 sena mill-Mellieħa, u mutur Yamaha Crypton, li fuqu kien hemm iż-żewġ vittmi.
Fi stqarrija maħruġa, l-Pulizija qalet li se tressaq raġel il-qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien mixli b’akkużi relatati ma’ dan l-inċident li ħasad il-ħajja ta’ żewġt irġiel.