Friday, December 13, 2024

Is-sewwieq tal-mutur involut fl-inċident fil-Marsa Ħamrun bypass m’għadux fil-periklu tal-mewt

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ 28 sena mis-Swieqi li kien fil-periklu tal-mewt wara li nhar il-Ġimgħa kien involut f’ħabta ma’ karozza u trakk fil-Marsa-Ħamrun bypass ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Is-sewwieq tal-mutur iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-2:00 p.m kien involut f’ħabta ma’ żewġ vetturi oħra.

Is-sewwieqa l-oħrajn ma sofrew l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident, iżda sakemm saru l-investigazzjonijiet neċessarji il-karreġġjati f’din it-triq tnaqqsu għal waħda u konsegwentament għal xi ħin nġemgħet konġestjoni kbira ta’ traffiku fiż-żona. 

Ekonomija

Sport