Sunday, December 22, 2024

Is-sewwieqa tad-demolition jitolbu laqgħa urġenti biex l-attività tkun tista’ tittella’ b’mod sigur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sewwieqa li kellhom ikunu parteċipanti fl-edizzjoni tad-demolition tal-Ħadd li għadda f’Ta’ Qali b’risq il-karità, fondi li jinġabru biex jingħataw f’L-ISTRINA qegħdin jitolbu laqa’ kemm jista’ jkun malajr mal-kumitat tal-ASMK.

Dan is-sit kien ikkuntattjat minn parteċipant li xtaq jikkjarifika b’rabta mal-artiklu ppubblikat ilbieraħ b’rabta mal-protesta li saret f’Ta’ Qali fejn qalilna li s-sewwieqa bejniethom qablu li “Jew kulħadd jew ħadd” minħabba li s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd hija l-prijorità ta’ tali attivitajiet organizzati.

Huwa sostna li s-sewwieqa bejniethom qablu li l-attività kienet se twassal għal periklu għal ċertu karozzi li ma kinux adattati għall-attività u li huma stess fl-aħħar mill-aħħar jinżlu fit-trakka biex minn hu l-aqwa jħawwel u b’hekk ma tistax ma tagħtix id-daqqa lill-kompetitur avversarju meta tġi għas-si u n-no.

Huwa qalilna li kien hu stess li f’isem is-sewwieqa talab għal din il-laqgħa iżda ntalab jagħmel dan formalment b’email u wara li kkuntattjana, dan is-sit jista’ jikkonferma li din l-email intbatet bil-għan li jkun jista’ jintlaħaq qbil.

Ekonomija

Sport