Saturday, December 21, 2024

Is-sewwieqa u l-uffiċjali li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fit-tielet edizzjoni tal-FIA Motorsport Games

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-kontingent magħżul mill-Malta Motorsport Federation li jikkonsisti f’sewwieqa u l-uffiċjali li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fit-tielet edizzjoni tal-FIA Motorsport Games, li ser isiru mit-23 sas-27 ta’ Ottubru fi Spanja, telqu minn Malta lejn Valenzja aktar kmieni dalgħodu. Malta ser tkun qed turi l-versatilità tagħha billi tipparteċipa f’seba’ dixxiplini differenti, kull waħda bl-isfidi u l-eċċitazzjonijiet uniċi tagħha.

Nicky Gauci se jkun qed jieħu sehem fil-Formula 4

Jacob Micallef se jkun qed jieħu sehem fil-Karting Sprint senior

Benjamin Westwood se jkun qed jieħu sehem fil-karting Sprint junior

Micah Scicluna, Ryan Borg & Ella Zammit se jkunu qed jieħdu sehem fl-endurance tal-Karting

Ayrton Jon Tonna se jkun qed jieħu sehem fil-Karting Mini

Keith Camilleri se jkun qed jieħu sehem fl-Esports Formula 4

Dean Vella se jkun qed jieħu sehem fl-Esports GT

Il-Viċi President tal-Malta Motorsport Federation, William England, huwa l-Kap tad-delegazzjoni, b’Adrian Figallo bħala l-kowċ tal-Esports, Lon Joseph Cachia bħala l-fotografu uffiċjali, u Jonathan Tonna bħala l-Kaptan tat-Tim, kollha jilagħbu rwoli kruċjali fis-suċċess tat-tim.

Ekonomija

Sport