Thursday, July 10, 2025

IS-SĦANA QIEGĦDA DEJJEM TIPPERSISTI

Aqra wkoll

Il-mewġa ta’ sħana kbira li qiegħda taħkem madwar l-Ewropa qiegħda tinħass sew. Pajjiżna mhuwiex mhix eċċezzjoni tant li s-sħana qawwija li qed tagħmel, qed ikollha konsegwenzi fuq bosta mill-infrastruttura tal-pajjiż. 

Tant huwa hekk li l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku li pajjiżna ffaċċja fis-sajf tas-sena l-oħra kien dovut fil-biċċa l-kbira tiegħu għas-sħana tremenda li nħasset anke taħt l-art u affetwat il-cables.

M’hemmx dubju li t-tisħin tat-temperaturi klimatiċi huma riżultat tat-tibdil fil-klima. Saħansitra esperti diġà qed ibassru illi s-sħana se tkompli tiżdied tant li l-kontinent Ewropew qed jisħon b’rata aktar mgħaġġla milli kienu jaħsbu l-esperti meterjoloġiċi.

Dan il-fenomenu ta’ tibdil fil-klima, l-parti l-kbira tiegħu hija kaġun tal-attività umana, l-iktar minħabba li għadhom jintużaw il-fjuwils fossili, iż-żejt, il-gass u l-faħam. Ma nistgħu m nsemmux il-fatt li pajjiżna qed jieħu passi biex jikber u jiżdied l-użu tal-enerġija alternattiva b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja. 

Dan flimkien ma’ metodi oħra ta’ enerġija alternattiva, fosthom l-inċentivi fix-xiri ta’ sistemi fotovoltajċi sabiex pajjiżna mhux biss ikollu s-sigurtà tal-enerġija imma wkoll jilħaq il-miri ambjentali tiegħu kif imfassla mill-Unjoni Ewropea. 

Għalhekk, huwa dmir tiegħi u tiegħek li f’dawn iż-żminijiet, meta qed ikunu organizzati ħafna attivitajiet fuq barra, fosthom BBQs, għandna nkunu responsabbli biżżejjed biex la nħallu ħmieġ warajh u wisq inqas oġġetti li faċilment jistgħu jieħdu n-nar u jħallu konsegwenzi kemm fil-qerda tas-siġar u anke fil-ħidma li jwettqu l-membri tal-Protezzjoni Ċvili.

Għalhekk ukoll, f’dan iż-żmien ta’ sħana kbira, nappellaw biex in-nies jaħsbu f’saħħithom u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom mir-raġġi tax-xemx, l-iktar f’ħinijiet imprekattivi tal-ġurnata. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport