Wednesday, June 18, 2025

Is-Sibt li ġej jintemm l-istaġun tal-Polo bil-Cawnpore Cup

Aqra wkoll

Is-Sibt li ġej jagħlaq l-istaġun 2024/25 tal-Polo bl-aqwa mod possibbli hekk kif se tiġi organizzata l-Cawnpore Cup, l-iktar avveniment mistenni għal dawk dilettanti ta’ dan l-isport.

F’dan l-avveniment, organizzat mill-Malta Polo Club b’kollaborazzjoni ma’ EquestriMalta, se jkun hemm l-ewwel erba’ chukkas li se jintlagħbu fil-5pm fejn fiċ-Challenge Cup, Team Finestral jaffaċċjaw lil Team cSociety. Dawn tal-aħħar se jkollhom lil Jean Vella bħala captain, Rebecca Gera, Mike Vella u Mark Darmanin. Min-naħa tagħhom, Team Finestral huma magħmula minn Chris Delia l-captain flimkien ma’ Ivan Camilleri, Petra Vella u Emma Ellul Vincenti.

Fis-7pm imbagħad tintlagħab il-Cawnpore Cup fejn Team Alliance jilgħab kontra Team Schweppes. Team Alliance huma ffurmati minn Martin Arrigo li hu l-captain flimkien ma’ Karl Galea, Matthew Borg u Matthew Grech. Mill-banda l-oħra, l-avversarji tagħhom Team Schweppes se jkollhom lill-captain Jeremy Besancon, Greg Gera, Bradley Farrugia u Simon Psaila.

Wara li jintemm dan l-avveniment, se jkun hemm divertiment b’diversi gruppi u kantanti bħala ċelebrazzjoni ta’ tmiem ta’ staġun ferm impenjattiv mill-Malta Polo Club.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport