Friday, November 15, 2024

Is-sid ta’ Boston Celtics fuq quddiem biex jixtri lill-club ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Is-sid Amerikan tal-club tal-Basketball, Boston Celtics, Stephen Pagliuca, jinsab fuq quddiem biex jixtri l-club ta’ Liverpool hekk kif ħabbar li se jagħmel offerta uffiċjali fil-futur qrib. 

L-imperu tiegħu huwa dak ta’ £119-il biljun, li jfisser li huwa aktar sinjur mis-sid ta’ Manchester City, Sheikh Mansour li huma stmat £17-il biljun.

Is-sidien ta’ Liverpool, Fenway Sports Group, immexxi minn John Henry, qed jitolbu £4.5 biljuni għall-bejgħ wara li f’Ottubru 2010 kien xtraw il-club għal £300 miljun. 

Iżda minn dak in-nhar, il-grupp Amerikan għamel lil Liverpool wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja fejn rebħu kull unur li joffri l-football fuq livell ta’ clubs. Dan minbarra li nefqu £1.25 biljuni fuq trasferimenti ta’ players. 

L-istess Pagliuca, li għandu 67 sena, għandu 55% ishma fil-club Taljan ta’ Atalanta. 

Ekonomija

Sport