Saturday, December 21, 2024

Is-sid tad-Daily Mirror se jkeċċi mal-500 ħaddiem minħabba l-impatt tal-pandemija

Aqra wkoll

Is-sid tal-gazzetti Daily Mirror u d-Daily Express mistenni jnaqqas 12% tal-ħaddiema hekk kif qiegħed ibati biex ikampa mal-impatt li ħalliet il-pandemija tal-Coronavirus. 

Reach, li hu wkoll is-sid ta’ The Daily Star, OK! Magazine u diversi gazzetti oħra, qal li se jkun hemm mal-550 persuna li titlef xogħolha.

Il-grupp, li ra n-nuqqas fil-bejgħ jibda sa minn qabel il-pandemija, ra l-qligħ jonqos bi 30% fit-tieni kwart sa Ġunju. 

Il-kap tal-grupp, Jim Mullen waħħal fiċ-ċirkolazzjoni tal-gazzetti u fin-nuqqas ta’ qligħ mir-reklamar. Hu spjega li biex jilqa’ għal dawn l-isfidi għandu pjan biex jittrasforma n-negozju. Madankollu, hu qal li dan il-pjan jinvolvi wkoll it-tnaqqis fil-ħaddiema u għalhekk xi ħaddiema se jitilfu posthom. 

Din kienet waħda mill-aħħar tnaqqis fl-impjiegi li ssemmew. Oħrajn kienu jinvolvu sa 12,000 post tax-xogħol ma’ British Airways; 700 post tax-xogħol f’Harrods; 1,000 post tax-xogħol f’Pret a Manger; 1,700 post tax-xogħol ma’ Airbus u anke 1,300 membru tal-ekwipaġġ u 727 pilota ma’ EasyJet.

Ekonomija

Sport