Friday, November 22, 2024

Is-sieħba tal-El Chapo twaqqaf il-każ kontrih u tgħid li rrappurtatu fis-saħna tal-mument

Aqra wkoll

Jordan Azzopardi magħruf bħala l-El Chapo ta’ Malta ġie liberat mill-akkużi ta’ vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu wara li din tal-aħħar talbet lill-Qorti biex twaqqaf il-każ kontrih.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti spjegat li filwaqt li se timxi skont ix-xewqa tal-mara, l-allegazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala insinifikanti.

Is-sieħba li għadha tgħix fl-istess residenza ma’ Azzopardi kienet ipproċediet kontrih fejn kien qiegħed ikun mixli li darabha, li bagħtilha messaġġi b’theddid u anke li tella’ filmat intimu tagħha minħajr il-kunsens. Il-Prosekuzzjoni kienet spjegat li kollox beda meta hi qalet lil Azzopardi li mhux se toqgħod tnaddaf il-passi li kien qed iħalli warajh fid-dar. L-argument tant kemm eskala li allegatament hu beda jxejjer sikkina u anke jheddida. Fi ftit sigħat hija rċiviet diversi messaġġi mingħand Azzopardi. Fost dawk li qallha kien hemm “kulma tieħu €20 t’aċtu biex inqaxxarlek wiċċek u sidrek”. Theddida oħra kienet “din id-darba se tkun waħda kbira”. 

Wara x-xhieda tal-mara li nstemgħet fil-magħluq, il-Maġistrat Gabriella Vella ħatret espert tal-Qorti biex jevalwa r-relazzjoni tal-koppja. Min-naħa tagħha hija qalet li rrapportatu fis-saħna tal-mument, li kienet għaġġlet u li għalhekk xtaqet twaqqaf il-proċeduri kontrih. Il-Qorti laqgħet din it-talba wara jiem ta’ deliberazzjoni.

Sport