Saturday, December 21, 2024

Is-siġra tal-Milied fil-Belt Valletta ġiet imnebbħa minn tradizzjonijiet Maltin u mill-poeżija ‘Il-Kebbies tal-Fanali’

Aqra wkoll

Il-ħsieb oriġinali tas-siġra tal-Milied fil-Belt Valletta, hekk kif spjegat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Vallettta fuq il-midja soċjali, kien imnebbaħ minn tradizzjonijiet Maltin u mill-poeżija ‘Il-Kebbies tal-Fanali’ ta’ Anton Buttigieg.

Qal dan il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fil-Parlament, meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Rebekah Borg.

Il-Ministru Bonnici spejga li s-somma totali tal-istess siġra tal-Milied hija dik ta’ €19,447 u li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħarġet tender għal diversi dekorazzjonijiet relatati mal-Milied fil-Belt Vallletta li għalih ma applika ħadd.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport