Tuesday, June 17, 2025

Is-sigriet tas-suċċess kien l-għaqda u l-kwalitá fit-tim ta’ Victoria Hotspurs – Mark Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Jien minn Ħal-Tarxien u ftit kantunieri bogħod mid-dar kien hemm l-Oratorju tal-Agostinjani fejn Fr Hilary Tagliaferro kien jiġborna u noqgħodu nilagħbu l-futbol hemm, filwaqt li ma’ ommi, jien noqgħod eżatt kemm naqsam it-triq quddiem il-grawnd ta’ Ħal-Tarxien. 

Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala kowċ tal-goalkeepers  ta’ Victoria Hotspurs FC.

Mal-Hotspurs kienet sfida għalija li ħriġt mill-‘comfort zone’ tiegħi u nitla’ għat-taħriġ Għawdex kważi kuljum. Għalkemm kienet sfida wkoll li l-klabb kien għadu jibda jikkompeti fin-Natioanl Amateur League 2 ma kinitx faċli imma illum sodisfatt immens li wasalna biex sirna champions ta’ dan il-kampjonat.

X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess għall-promozzjoni minn National Amateur League 2 għan- National Amateur League 1 bħala Champions?

Kienet l-għaqda li l-kowċ Oliver Spiteri żamm tul l-istaġun, filwaqt li kellna tim ta’ kwalitá li mhux ta’ b’xejn ma tlifniex logħba. 

X’tikkummenta fuq il-kowċ Oliver Spiteri u l-president Dr Anton Tabone?

Din kienet l-ewwel darba li ħdimt mal-kowċ Oliver Spiteri, u nista’ ngħid li huwa kowċ serju u kapaċi ħafna, u jaf il-logħba b’għajnejh magħluqa. Min-naħa l-oħra, il-president Dr Anton Tabone għandu viżjoni sabiħa għall-klabb tal-Hotspurs għall-futur … jifhem fil-logħba u fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa ġentlom mill-kbar. 

Kif tqis il-livell tan-National Amateur League 2, u dan kemm hu differenti minn dak tal-Gozo League?

Il-livell dis-sena kien aħjar mis-snin ta’ qabel. Fuq il-Gozo League hu aħjar meta tqis

li lgħabna mat-tim ta’ Xagħra United FC u rbaħnilhom bi skor konvinċenti fl-FA Trophy.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob tagħkom?

Bħala taħriġ m’għandniex xi ngergru ghax nittrenjaw il-grawnd tal-Għarb … dejjem jista’ jkun aħjar. Bħala grawnds fejn nilagħbu mhumiex l-aqwa imma kieku jkollna grawnd

ieħor bħas-Centenary Stadium, żgur li jkun aħjar għal kulħadd.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Jien dis-sena kienet esperienza ġdida għalija li wara li dejjem kont kowċ fil-Malta Premier kienet sfida għalija li nikkowċja fin-Natioanl Amateur League 2. L-istaġun li ġej għad irrid nara x’ħa nagħmel, filwaqt li għadu ma spiċċax l-istaġun tagħna.

Għaddi messaġġ finali lill-partitarji numerużi ta’ Victoria Hotspurs FC.

Nixtieq ngħidilhom grazzi talli dejjem kienu hemm għalina kull logħba u li narawhom iktar numerużi għal-logħba tan-knock-out li jmiss fil-jiem li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport