Sunday, November 10, 2024

Is-sigurtà u l-ħarsien tal-atleti prijorità fl-iSportMalta Charity Marathon tas-6 ta’ Marzu

Aqra wkoll

Is-sigurtà u l-ħarsien tal-atleti huma prijorità assoluta fl-iSportMalta Charity Marathon li qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċini ta’ Transport Malta miċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Joesph Bugeja u l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar. Din il-maratona se tkun qed issir bl-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Atletika anka fid-dawl li din hija attivita’ kompettitiva’. L-SportMalta Charity Marathon se ssir fis-6 ta’ Marzu 2022. 

Joseph Bugeja stqarr li ħass il-ħtieġa li jagħmel żewġ laqgħat mal-organizzaturi tal-maratona sabiex tiġi diskussa l-ħtieġa ta’ bidliet minimi fir-rotta, kif kemm-il darba ġara f’każijiet preċedenti. Is-Sur Bugeja spjega li t-talba quddiem l-Awtorita’ biex issir din il-kompetizzjoni fuq livell nazzjonali ġiet sotomessa ftit tal-ġimgħat ilu biss. Sostna li quddiem sottomissjonijiet bħal dawn l-ewwel prijorita’ għall-Awtorita’ tkun dik li titħares is-sigurta’ tat toroq, is-sigurta’ tal-atleti, l-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu u l-bżonnijiet tat-transport pubbliku. Irrefera għal-laqgħa li saret mat-Traffic Manangement Committee li jinkludi l-istakeholders kollha inkluż il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tas-Saħħa li matula approvaw ir-rotta tal-SportMalta Charity Marathon. Din l-istess rotta kienet issuġġerita lill-organizzatur tal-maratona.

Huwa qal li kien għalhekk li ġie deċiż li b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta u b’rispett lejn it-taħriġ tal-atleti din il-maratona se tibqa’ għaddejja bi sforz bejn iż-żewġ entitajiet.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li l-għan tal-entita’ huwa dak li tiffaċilita li jsiru attivitajiet sportivi kemm fuq livell nazzjonli kif ukoll internazzjonali.  Semma kif kien f’kuntatt mal-organizzatur tal-maratona biex flimkien miegħu jagħtu suġġerimenti lil-awtoritajiet tas-saħħa biex jinbidlu l-protokolli, liema protokolli ġew mibdula, pero’ dan ukoll ma kinx aċċettabli għall-organizzatur.  Huwa qal li flimkien mal-organizzatur kellu laqgħa ma’ Transport Malta, f’ liema laqgħa l-organizzatur ma aċċettax il-bidliet minimi proposti. Semma li bl-għajnuna tal-għaqdiet u l-klabbs reġistrati ma’ SportMalta qed isir sforz kollettiv biex din il-maratona tibqa’ għaddejja mingħajr xkiel.  Tenna li SportMalta qatt ma tidħol f’kompetizzjoni ma’ għaqdiet u individwi anzi tinċentivhom permezz ta’ fond ta’ nofs miljun ewro biex jattiraw attivitajiet sportivi lejn pajjiżna.

Iż-żewg entitajiet għamlu stedina lil kull min irid jikkontribwixxi biex jersaq ‘il quddiem inkluż l-organizzatur tal-Malta Marathon sabiex is-6 ta’ Marzu tkun għal darboħra festa ta’ sport u għaqda nazzjonali. Fis-sigħat li ġejjin se tkun qed tiġi ppublikata r-rotta li se jkun qed jgħaddu minnha l-atleti flimkien mal-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni.

Sport