Tard ilbieraħ filgħaxija, membri tal-Bomb Disposal Unit kienu msejħa f’Birkirkara wara li s-Sindku Desirei Grech irrappurtat dwar theddid.
Skont rapporti jidher li s-sitwazzjoni eskalat wara laqgħa tal-Kunsill li saret ilbieraħ stess, b’persuna li deher idur mal-karozza tas-Sindku.
Kien għalhekk li ssejħu l-membri tal-Bomb Disposal biex jassiguraw li ma kienx hemm periklu.
Intant f’post li għamlet, Desirei rringrazzjat lil kull min tagħha l-appoġġ tiegħu, min ċempillha u min bgħatilha messaġġi ta’ solidarjetà u dawk li saħansitra marru fuq il-post.