“Għadni kemm ġejt infurmat li ftit ilu seħħ inċident ieħor fi Triq l-Imġarr fl-istess post fejn ftit tal-ġimgħat ilu, għamilna appell biex jitwaħħlu speed cameras, bollards jew jinstab mezz kif titnaqqas il-veloċità”
Dan iddikjarah is-sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi, hekk kif iktar kmieni seħħ inċident tat-traffiku, fejn sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara li kellu impatt ma’ karozza.
Cauchi spjega li l-Kunsill huwa kommess li jibqa’ jiġġieled u jwassal il-messaġġ mal-awtoritajiet kompetenti sabiex din it-triq tkun aktar sigurà kemm għas-sewwieqa u anke għar-residenti.