Is-sindku ta’ Milan, Beppe Sala, iltaqa’ mal-ogħla awtoritajiet ta’ AC Milan sabiex jitkellem magħhom dwar il-volonta’ li jibnu stadium ġdid f’żona partikolari tal-belt. Sala jrid ikun jaf jekk i Rossoneri u eventwalment i Nerazzurri humiex lesti li jwaqqgħu Stadio San Siro u jibnu stadium ieħor minflok jew inkella jagħżlu żona oħra fil-belt.
Fil-fatt, Milan qed jissuġġerixxu li jmorru għaż-żona msejħa La Maura bis-sindku Sala li tkellem mal-kunsilliera tiegħu hekk kif apparti dan il-proġett kbir, irid jiġi approvat ieħor fil-jiem li ġejjin.