Tuesday, December 24, 2024

Is-Sindku tal-Għasri jirriżenja minn membru tal-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

F’ittra mibgħuta lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, is-Sindku tal-Għasri Daniel Attard qal li b’effett immedjat qiegħed jirriżenja minn membru tal-PN.

Huwa qal li se jibqa’ aċċessibbli u leali lejn il-poplu kollu tal-Għasri li eleġġewh u li jħobb bħalma kien dawn l-aħħar disa’ snin bħala sindku tal-Għasri.

F’messaġġ qasir fuq il-midja soċjali Attard qal: “Filwaqt li nħares ‘l quddiem b’pożittività nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li dejjem tawni l-fiduċja tagħhom. Sejjer nibqa’ naħdem għall-ġid tar-raħal bħalma dejjem għamilt matul dawn l-aħħar disa’ snin.”

Ekonomija

Sport