Friday, November 15, 2024

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella se jikkontesta fuq l-10 u t-12-il Distrett mal-PL

Aqra wkoll

Wara li ġie avviċinat mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella ħabbar li se jkun qed jaħdem ukoll l-10 Distrett.

B’dan il-mod, fl-elezzjoni ġenerali 2022 huwa se jkun qed jikkontesta kemm f’dan id-distrett kif ukoll fit-12-il Distrett.

It-12-il Distertt jinkludi l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (parti), filwaqt li l-10 Distrett jinkludi l-Gżira, Pembroke, San Ġiljan (jinkludi Paceville), Tas-Sliema, in-Naxxar (San Pawl tat-Tarġa, Birguma, Magħtab u Salina) u Baħar iċ-Ċagħaq.

Vella qal: “Lest biex jekk taghtuni l-fiduċja, din id-darba inservikom mill-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna biex Flimkien Nibnu Futur.”

Huwa rringrazzja lill-Prim Ministru u l-Kap tal-PL Dr Robert Abela, lill-Eżekuttiv u l-amministrazzjoni tal-Partit ta’ din il-fiduċja. 

Vella qal li se jkompli jaħdem b’impenn u b’responsabiltà qrib kulħadd. 

Ekonomija

Sport