Sunday, December 22, 2024

Is-sit tas-sala tat-tiġijiet “Garden of Eden” se jinbidel fi żvilupp ta’ akkomodazzjoni turistika

Il-parkeġġ illegali kbir biswit is-sit għandu jiġi rrestawrat lura għall-istat oriġinali tiegħu

Aqra wkoll

Is-sit tas-sala tat-tiġijiet tal-Garden of Eden fiż-Żurrieq se jinbidel fi żvilupp ta’ akkomodazzjoni turistika wara li l-Bord tal-Ippjanar approva l-proġett permezz ta’ outline application. Il-Bord speċifika li qabel ma jista’ jinħareġ kwalunkwe permess ta’ żvilupp sħiħ, l-applikant jeħtieġ li jiżgura li s-sit ta’ maġenb li huwa kbir madwar 4,900m2 li kien inbidel f’parkeġġ illegali jerġa’ lura għall-istat oriġinali tiegħu.

Dan tħabbar fi stqarrija li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar fejn qalet li fl-istess ħin il-Bord approva applikazzjoni għat-tneħħija tal-wiċċ tal-konkos eżistenti u l-livellar tal-għelieqi permezz ta’ topping tal-ħamrija agrikola. Il-permess jagħti wkoll permess għall-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar is-sit.

Il-Bord sosstna li l-proġett turistiku kien imnaqqas u kien qed jiġi limitat għaż-żona meħuda mill-istrutturi eżistenti tas-sala tat-tieġ. Il-proġett jikkonsisti mit-twaqqigħ tas-sala tat-tieġ eżistenti u l-bini ta’ 12-il bungalow b’pixxini, li jipprovdu total ta’ 35 kamra tas-sodda għal akkommodazzjoni turistika. Il-proġett jinkludi wkoll provvedimenti għal 13-il spazju għall-parkeġġ tal-karozzi, tisbiħ u r-riintegrazzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ.

L-istrutturi eżistenti li jikkonsistu f’żewġ swali għat-tiġijiet, nightclub, u parkeġġ iżgħar jinsabu f’Żona ta’ Importanza Ekoloġika u Valur Għoli ta’ Pajsaġġ magħrufa bħala ‘il-Munqar,’.

Il-Bord innota li l-iżvilupp il-ġdid jikkonsisti minn struttura ta’ disinn rurali ta’ kwalità ferm ogħla minn dak li jeżisti bħalissa fuq il-post, u jirrispetta aktar il-kuntest usa’ tal-madwar tiegħu. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-kmamar tal-klijenti huma ddisinjati biex ma jitilgħux fuq sular wieħed u għalhekk jitħalltu mat-topografija taż-żona u jkollhom impatt viżiv minimu.

F’Paceville, numru ta’ townhouses skedati ta’ Grad 2 primarjament fi Triq il-Wilga, se jkollhom l-għoli tal-bini tagħhom mgħollija b’żewġ sulari oħra u art imnaqqsa wara li l-Bord tal-Ippjanar ta permess ta’ żvilupp outline. Il-massa approvata se telimina l-ħitan vojta ta’ partijiet terzi li jeżistu minn blokki ta’ appartamenti u lukandi maġenbhom.

Għalkemm il-proġett huwa aċċettabbli fil-prinċipju, id-disinn, l-użu, l-ipparkjar u t-tnaqqis fil-livell ta’ fuq għandhom jiġu determinati waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta ‘żvilupp sħiħ.

Ekonomija

Sport