Wednesday, December 25, 2024

Is-sitt clubs il-kbar tal-Premier League offruti ċ-ċans li jiffirmaw lil Paulo Dybala

Aqra wkoll

Is-sitt clubs il-kbar tal-Premier League fl-Ingilterra, kollha ġew offruti ċ-ċans li jakkwistaw lill-attakkant ta’ Juventus, Paulo Dybala, matul is-sajf li ġej.

Minkejja l-problemi ta’ injury, il-player ta’ 28 sena gawda minn staġun relattivament qawwi mal-Bianconeri, fejn irreġistra 11-il goal u erba’ assists fi 23 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, Dybala għandu jsir free agent fi tmiem l-istaġun u qed jidher dejjem aktar probabbli li jitlaq wara li t-taħditiet ma’ Juventus dwar tiġdid mhux mistennija jimmaterjalizzaw.

L-aġent ta’ Dybala issa qed jipprova jkejjel l-interess minn madwar l-Ewropa, b’Arsenal, Chelsea, Manchester City, Manchester United, Liverpool u Tottenham Hotspur kollha offrew iċ-ċans li jiffirmaw lill-Arġentin.

Ir-rappreżentanti ta’ Dybala se jkollhom taħditiet mal-clubs matul il-ġimgħat li ġejjin, iżda dawk meqjusa bħala l-Big Six tal-Premier għadhom kollha jistennew li l-attakkant jibqa’ Turin.

Paris Saint-Germain u Inter Milan ġew ukoll akkreditati b’interess f’Dybala, li rebaħ ħames titli tas-Serie A u erba’ edizzjonijiet tal- Coppa Italia matul is-sitt snin u nofs tiegħu ma’ Juventus.

L-ex player ta’ Palermo irreġistra total ta’ 111-il goal u 46 assist f’277 logħba għall-Bianconeri mit-trasferiment tiegħu ta’ £36.9m fis-sajf tal-2015.

Ekonomija

Sport