Thursday, October 17, 2024

Is-sitt rebħa tas-sena għal Gosse Fredano fil-finali Silver

Ellington Dream b’rekord nazzjonali ġdid fis-semifinali Premier

Aqra wkoll

Misjuq minn Nathaniel Barbara, Gosse Fredano rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Krafft għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mill-ħamsin laqgħa tas-sena fuq maratona ta’ tnax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Barra din il-finali, il-laqgħa nkludiet ukoll iż-żewġ semifinali mill-kampjonat tat-Tazza tal-President għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier ukoll fuq distanza qasira. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Hekk kif ingħata l-bidu uffiċjali, Dream Turgot (Kurt Saliba) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Classic Gal (Jean Pierre Farrugia) u Drop De Corday (Jean Claude Pace). Dawra mit-tmiem, Dream Turgot kien għadu għaddej b’ċerta saħħa madankollu beda jnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dlonk inqabeż mill-favorit Gosse Fredano (Nathaniel Barbara) li ħa s-sitt rebħa tas-sena u f’Malta. Bajazet (Marius Mizzi) u Emissoro (Raymond Schembri) ukoll kellhom pjazzament tajjeb. Intant ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.14.9” fil-kilometru.  

Fi tmiem din il-finali, Sean Pete Azzopardi, f’isem l-isponsors ippreżenta t-trofew lil Emmanuel Buġeja, lis-Sinjura Agius u lil Nathaniel Barbara is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ.  

Miż-żewġ semifinali tat-Tazza tal-President, organizzata bl-għajnuna tal-awtorita’ EquestriMalta, tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel semifinali, Ellington Dream, f’idejn Charles Camilleri, ħaffef il-pass matul l-aħħar 500m biex eventwalment irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’tul u nofs minn Djembe Du Pont (Jesmar Gafa’) u Antoine Du Bourg (Cliferty Calleja). Dandy De Godrel (Paul Galea), Tuono Lunare (Jeffrey Said) u Coumba Kuky (Rodney Gatt) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Ta’ min wieħed jinnota li din it-tielet rebħa u konsekuttiva f’Malta ta’ Ellington Dream waslet f’medja ta’ 1.12.9” fil-kilometru, ħin li huwa wkoll ir-rekord nazzjonali ġdid fuq id-distanza.  

Kif kien mistenni, fit-tieni semifinali tal-aqwa klassi, Eadshot Josselyn (Rodney Gatt) kien kontinwament quddiem tul id-distanza u rnexxilu jaqsam il-linja finali bla tbatija biex ħa t-tielet rebħa konsekuttiva u f’pajjiżna minn Sir Q.C. (Cliferty Calleja), Jefferson Dotcom (Ludvic Ghigo) u Caprice De Cosse (Clint Vassallo). Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Kaptah (Noel Baldacchino) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għall-finali. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Hippolyte De Bois (P. Galea) Ħin – 4.05.7” (1.18.3”) 2. Golden Noa (J. Buttigieg) 3. Farofera (J. Carabott) 4. Glory Oaks (Z. Magri) 

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Cekito De Jupilles (N. Baldacchino) Ħin – 4.00.4” (1.16.6”) 2. Caesarus d’Ela (P. Spiteri) 3. Elios Noe (J. Gafa’) 4. Forever d’Ecajuel (R. Gatt) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Gipsy De Granou (J. Vella) Ħin – 4.08.8” (1.19.2”) 2. Diamant Atout (S. Cortis) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Born This Way (G. Muscat)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Denver Haufor (R Gatt) Ħin – 4.03” (1.17.4”) 2. Fast Loulou (N. Baldacchino) 3. Caline De Mai Capo (J. Gafa’) 4. Pure Islet (Ch. Degiorgio) 

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 4.00.9” (1.16.7”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Faon De La Vitard (J. Gafa’) 4. Queenswood (C. Calleja) 

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Eagle De Vauville (P. Galea) Ħin – 4.00.2” (1.16.5”) 2. Foppa Sisu (R. Gatt) 3. Bonbon Bleu (J. C. Pace) 4. Waikiki Man (M. Falzon) 

VII Tiġrija. Semi Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ellington Dream (C. Camilleri) Ħin – 2.36” (1.12.9”) 2. Djembe Du Pont (J. Gafa’) 3. Antoine Du Bourg (C. Calleja) 4. Dandy De Godrel (P. Galea) 5. Tuono Lunare (J. Said) 6. Coumba Kuky (R. Gatt) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Hitthebar (C. Camilleri) Ħin – 3.59.3” (1.16.2”) 2. Gallita (Ch. Gauci) 3. Cybele De Meslay (N. Baldacchino) 4. Dauphin Hibe (P. Galea) 

Gosse Fredano jirbaħ it-tazza KRAFFT

IX Tiġrija. Finali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Dream Turgot (K. Saliba) 3. Bajazet (M. Mizzi) 4. Emissoro (R. Schembri)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Elegant Frost (P. Galea) Ħin – 4.02.4” (1.17.2”) 2. Dico Mona (C. Calleja) 3. Bonus De Juigne (N. Baldacchino) 4. Cadol De La Noemie (K. Saliba) 

Eadshot Josselyn rebbieħ fis-semi final għat-Tazza tal-President

XI -il Tiġrija. Semi Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eadshot Josselyn (R. Gatt) Ħin – 2.39.3” (1.14.5”) 2. Sir Q.C. (C. Calleja) 3. Jefferson Dotcom (L. Ghigo) 4. Caprice De Cosse (Clint Vassallo) 5. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) 6. Kaptah (N. Baldacchino)

XII -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Come Back (N. Baldacchino) Ħin – 3.59.4” (1.16.2”) 2. Diamant Du Ruel (P. Galea) 3. Concerto Star (R. Gatt) 4. Alinea (C. Vassallo) 

Sport