Monday, December 23, 2024

“Is-sitwazzjoniji ma tippermettix li jsiru tiġijiet f’dan il-perjodu … X’jiġri aktar tard din is-sena jiddependi mill-impatt tat-trasmissjoni”

Aqra wkoll

Rigward koppji li kienu pjanati li jiċċelebraw it-tieġ tagħhom din is-sena s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li din il-pandemija spiċċat ħassret diversi okkażżjonijiet u għalhekk għalissa hija xi ħaġa ċerta li mhux floku li jkun hawn ċelebrazzjonijiet ta’ tiġijiet f’dan il-perjodu tant kritiku.

Meta mistoqsija minn waħda mill-ġurnalisti rigward dawk il-koppji li pposponew it-tieġ tagħhom bi ftit xhur, Gauci spjegat li minkejja li bħalissa l-pandemija ma tippermettix kongregazzjonijiet ta’nies ma’ xulxin, x’se jiġri aktar tard din is-sena ma tistax tgħid.

Hija temmet tgħid li dan jiddependi mill-impatt tat-trasmissjoni fuq il-komunità ladarba jibdew jiddaħlu l-miżuri bil-mod il-mod.

Ekonomija

Sport