Illum, it-tliet Slaten Magi li jinsabu fi triqithom lejn il-villaġġ ta’ Bethlehem f’Għajnsielem. Żaru lir-residenti tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Ir-residenti kellhom ukoll iċ-ċans jippużaw għal ritratt mal-Magi fil-kappella. Huma żaru wkoll lir-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll il-Parroċċa ta’ San Ġorġ u San Bastjan, Ħal Qormi.
Is-Sur Franco Ciangura, f’isem il-kumitat organizzattiv ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, ippreżenta tifkira lil Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, filwaqt li s-Sindku ta’ Għajnsielem, is-Sur Kevin Cauchi, ippreżenta donazzjoni lid-Dar.
Il-villaġġ tan-natività ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, li hu mifrux fuq medda ta’ madwar 20,000 metru kwadru, joffri opportunità unika biex wieħed jesperjenza l-akbar storja li qatt inkitbet. Din l-esperjenza tgħaqqad magħha l-folklor u t-tradizzjonijiet Maltin mal-presepju Malti.