Iċ-ċiklist Slovakk, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), rebaħ is-17-il tappa tat-Tour de France li kien bejn Saint-Gaudens to Peyragudes fuq distanza ta’ 130 kilometri.
Huwa għeleb l-isfida tad-Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) wara li fl-aħħar żewġ kilometri nqatgħu għalihom waħedhom u dehret li se tkun taqtiegħa bejniethom. Sa dak il-ħin kien Vingegaard fuq quddiem iżda fl-aħħar 800 metru, Pogacar attakka bil-qawwa kollha biex finalment għeleb lir-rival tiegħu meta rreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 25 minuta u 51 sekondi.
Fit-tielet post temm l-Amerikan Brandon McNulty (UAE Team Emirates) segwit mill-Britanniku Geraint Thomas (Ineos Grenadiers) u Alexey Lutsenko tal-Kazakhstan (Astana Qazaqstan Team).
Vingegaard baqa’ jżomm il-quċċata tal- klassifika għas-seba’ darba konsekuttiva meta għandu ħin ta’ 67 siegħa, 53 minuti u 54 sekondi.
Dan ifisser li għandu vantaġġ ta’ żewġ minuti u 18-il sekonda fuq Pogacar u meta fadal erba’ tapep oħra għat-tmiem, Vingeggard jibqa’ l-favorit li jirbaħ dan it-tour.
Fit-tielet post hekk Thomas b’distakk ta’ 4 minuti u 56 sekondi, segwit mill-Kolumbjan Nairo Quintana (Arkea-Samsic) u l-Franċiż David Gaudu (Groupama-FDJ).
Il-Ħamis isir it-18-il stadju li se jkun minn Lourdes sa Hautacam fuq distanza ta’ 143.5 kilometri.