Iċ-ċiklist Slovakk, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), rebaħ is-seba’ stadju u t-tieni wieħed konsekuttiv tat-Tour de France li kien bejn Tomblaine u La Planche des Belles Filles fuq distanza ta’ 176.5 kilometri meta rreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 58 minuta u 40 sekonda.
Huwa għeleb l-isfida tad-Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) bi frazzjoni ta’ sekonda meta daħlu ras imb’ras li kien segwit mis-Sloven, Primoz Roglic (Team Jumbo–Visma), u l-Ġermaniż Lennard Kamna (Bora–Hansgrohe).
Pogacar baqa’ jżomm il-flokk l-isfar, jiġifieri, il-quċċata tal-klassifika b’ħin 24 siegħa, 43 minuta u 14-il sekond quddiem Vingegaard … b’vantaġġ ta’ 35 sekonda.
Is-Sibt isir it-tmien stadju li jkun bejn Dole u l-belt Svizzera, Lausanne, fuq distanza ta’ 186.3 kilometri.