Sunday, December 22, 2024

Is-Slovakk Tadej Pogacar jirbaħ is-sitt stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Is-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) rebaħ is-sitt stadju tat-Tour de France li kien  bejn il-belt Belġjana ta’ Binche u Longwy fuq distanza ta’ 220 kilometru.  

Huwa rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 27 minuta u 13-il sekonda fejn kien segwit mill-Awstraljan Michael Matthews (Team BikeExchange–Jayco), il-Franċiż David Gaudu (Groupama–FDJ), il-Britanniku Tom Pidcock (Ineos Grenadiers) u l-Kolumbjan Nairo Quintana (Arkea–Samsic).

L-istess Pogacar tela’ fil-quċċata tal-klassifika biex għall-ewwel darba libes il-flokk l-isfar hekk kif għandu ħin ta’ 20 siegħa, 44 minuta u 44 sekonda, segwit mill-Amerikan Neilson Powless (EF Education–EasyPost) b’distakk ta’ 4 sekondi. 

Il-Belġjan Wout van Aert beda t-tellieqa bil-flokk l-isfar u wara bidu tajjeb huwa nqata’ lura fl-aħħar żewġ kilometri. 

Illum isir is-seba’ stadju li jkun bejn Tomblaine to La Planche des Belles Filles fuq distanza ta’ 176.5 kilometri.

Ekonomija

Sport