Wara li nhar il-Ġimgħa, is-Sloven Matej Mohoric (Team Bahrain Victorious) rebaħ id-19-il stadju tat-Tour de France f’ħin ta’ tliet sigħat, 31 minuta u 2 sekondi, il-bieraħ kien imiss lill-kompatrijott tiegħu, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), jirbaħ l-20 stadju, f’ħin ta’ 3 sigħat, 27 minuta u 18-il sekonda … biex jinsab seba’ minuti u 29 sekonda wara l- leader, id-Daniż Jonas Vingegaard (79:16:38) … hekk kif proprju l-Ħadd isir l-aħħar stadju li jibda minn Saint-Quentin-en-Yvelines u jispiċċa f’Pariġi (Champs-Elysees), fuq distanza ta’ 115-il kilometru.