Saturday, December 21, 2024

IS-SNIN IGERRBU IMMA DAN IL-JUM MA NISTGĦUX NINSEWH

Aqra wkoll

Ma jistax jiġi l-jum tal-11 ta’ Settembru u ma niftakrux fl-attakki terroristiċi li saru fuq art Amerikana bħal-lum 23 sena ilu.

Traġedja umana li fiha nqatlu kważi 3,000 persuna innoċenti filħtif ta’ erba’ ajruplani kummerċjali li tnejn minnhom it-terroristi ġarrfuhom fuq it-Twin Towers Fi New York.

Infakkru li tlieta minnhom laħqu l-mira tagħhom u ntużaw bħala bombi fuq il-World Trade Centre u l-Pentagon mentri r-raba’ wieħed, kif nitfakru sewwa, twaqqa’ f’għalqa fl-istat ta’ Pennsylvania wara li passiġġieri ġġieldu mal-hijackers.

Is-snin għaddew u jkomplu jgħad du imma ħadd ma jista’ jinsa t-traġedja ta’ dakinhar. Anzi qatt ma għandna ninsewha biex nieħdu tagħlima minn dak li ġara fil-jum traġiku tad-9 ta’ Settembru tal2001.

F’kull anniversarju nfakkru u hekk huwa ġust, il-vittmi tal-attakki fuq it-Twin Towers li fosthom kien hemm persuna ta’ dixxendenza Mal tija, dawk fil-Pentagon, il-passiġ ġieri u l-ħaddiema tas-salvataġġ li mietu fuq il-lant tax-xogħol tagħhom jipprovaw isalvaw nies oħra.

Infakkru wkoll il-familji tal-vittmi li minkejja li għaddew dawn is-snin kollha għadhom jgħixu f’dulur liema bħalu u jiġġieldu biex issir ġustizzja.

Kif jaf kulħadd, l-aħħar telefonati li saru mill-istess passiġġieri talaj ruplani maħtufa, l-isplużjonijiet, in-nar, it-tiġrif, il-biki, id-disprament li nħass dakinhar u l-funerali bi tfal tal-vittmi preżenti, kienu xeni li juru kemm il-bniedem jaf ikun krudili, kemm il-bniedem huwa speċi b’istint li jattakka u joqtol anki nies innoċenti u bla ħtija.

Għaldaqstant, l-attakki tan-9/11 mhumiex biss traġedja Amerikana, imma traġedja umana li laqtet mhux biss lilhom, iżda lilna lkoll.

Traġedja li bidlet l-ordni dinjija minn kif konna nafuha. Traġedja li b’konsegwenza tagħha, bdiet il-gwerra fl-Afganis tan, li ħadet madwar 20 sena.

Bosta suldati Amerikani u suldati li kienu ġejjin minn kull pajjiż tilfu ħajjithom ukoll. Dan fisser aktar imwiet, aktar uġigħ fil-familji u aktar firda bejn ilbned min. Il-gwerra fl-Iraq ukoll ħalliet l-effetti diżastrużi tagħha b’ħafna vittmi innoċenti u dan il-pajjiż għadu jbati konsegwenzi kbar u instabilità politika sal-lum.

Quddiem dan kollu b’dak li semmejna nirrealizzaw kif u kemm ilmi bgħeda kapaċi toħloq il-ġlied li jħalli warajh baħar ta’ mwiet. Hawnhekk nistaqsu: imma l-gwerer huma l-vera soluzzjoni? Ma nemmnux li hu hekk. Minn kemm ilu jeżisti ilbniedem dejjem kien hemm kun flitti u gwerer bħal donnu li l-bniedem ma jafx jew agħar ma jridx jitgħallem kif jgħix f’armonija.

Is-soluzzjonijiet qisu jrid isibhom biss bl-id tal-forza li teqred u toqtol. Dik li jekk hemm bżonn, nagħmlu gwerra bi tpattija, nagħmluha. L-istess xenarju għandna għaddej bħalissa bil-gwerra f’Gaza.

Għal darba oħ ra, hawn ukoll, il-bniedem qed joqtol lill-bniedem oħra bħalu. Allura nistaqsu, kemm se nkomplu bil-qtil u bit-tpattija, bil-piki u bil-gwerer? Bil-kunflitti, bil-ġlied u b’eskalazzjonijiet serji fil-protesti? Nemmnu li dan m’għandux ikun ilkaż.

Qatt ma kellu u qatt m’għandu jkun. Mhuwiex ġust jew b’xi mod iġġustifikat li nies bħali u bħalek ibatu jew saħansitra jmutu minħabba nuqqas ta’ qbil politiku jew soċjali. Lill-vittmi tal-attakki tan-9/11 għandna nibqgħu nfakkruhom ħalli nitgħallmu minn din it-traġedja u forsi ma nirrepetuhiex.

Nemmnu li m’hemmx aħjar milli nimxu ’l quddiem flimkien b’mira għall-paċi dejjiema u li ssir ħidma ġenwina għallġid komuni kullimkien. Hekk biss, ħajjet il-vittmi ta’ 9/11 u dawk kollha li nqatlu warajhom, ma jkunux intilfu ta’ xejn.

Ekonomija

Sport