Saturday, September 14, 2024

Is-Soċjetà Dun Filippu Borgia turi tħassib dwar l-iżvilupp f’għelieqi minn fejn jinħaraq in-nar tal-festa

Aqra wkoll

Is-Soċjetà  Dun Filippu Borgia qed turi tħassib serju għall-pjani ta’ żvilupp li hemm għall-għelieqi li minnhom jinħaraq in-nar tal-festa ad unur Santa Liena.

Jidher li jekk dan l-iżvilupp fl-imsemmija għelieqi jimmaterjalizza, ikun ifisser it-tmiem tal-arti piroteknika fil-jiem tal-festa għall-Karkariżi. Jakkumpanjaw lil din is-soċjetà f’din il-ġlieda favur il-kultura Maltija hemm il-Kunsill Lokali Karkariż, li wkoll qed juri tħassib serju dwar din l-iżvilupp potenzjali.

Is-Soċjetà qed titlob għas-sapport tal-għaqdiet u awtorijiet ikkonċernati ħalli l-piroteknika fir-raħal ta’ Birkirkara tibqa’ tirrenja u ma tkunx imtappna minn xi żvilupp jew ieħor.

Ekonomija

Sport