Monday, August 18, 2025

‘Is-suċċess irid il-ħin u d-dedikazzjoni’ – Charles Cachia

Aqra wkoll

Minn Cris Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Jien minn dejjem kont involut f’xi tip ta’ sport. Kont nilghab il-futbol ma’ Vittoriosa Stars kif ukoll naqdef fir-regatta mal-Birgu, imma waqt il-pandemija tal-Covid-19, bdejt nagħmel OCR u wara xi sentejn qlibt fuq ġiri biss.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
Sfortunatament, qatt ma rbaħt xejn … hawn atleti tajbin ħafna f’dan il-qasam imma jien kuntent bija nnifsi fl-avvanz li għamilt. Madankollu, f’Marzu li għadda, mort għamilt maratona Ruma u għamiltha f’ħin ta’ 3.20 li għalija huwa ħin tajjeb ħafna. F’Settembru li għadda wkoll, għamilt Hyrox solo u f’Mejju li għadda għamilt l-Ultra Race ta’ Gozo Xterra 50k.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Bħalissa għandna ħafna atleti tajbin u fil-futur ħa jkollna aktar għax f’dawn l-aħħar snin avvanzajna ħafna anke jekk tara l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar morna tajjeb ħafna.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Aħna nidħlu fil-kompetizzjonijiet li jkun hawn fil-pajjiż u ġieli mmur nieħu sehem barra minn Malta, ovvjament jekk dejjem ikun possibli għax bejn xogħol u familja irridu naraw kif ħa nimmaniġġjaw il-ħajja.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Il-futur ma tantx naħseb fuqu, nieħu ġurnata b’ġurnata ghax fuq kollox irrid nara li nibqa’ fiżikament tajjeb u nkompli naħdem biex intejjeb il-ħinijiet tiegħi. Fl-24 ta’ Awwissu, se nkun qed nagħmel il-5k Zabbar. Dan filwaqt li f’Marzu tas-sena d-dieħla, ħa nerġa’ nieħu sehem fil-Maratona ta’ Ruma fl-Italja għat-tielet darba. Għas-sena d-dieħla, għandi ppjanat ukoll li nieħu sehem fil-‘Full Marathon’ ta’ Malta.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Biex ma jaqtgħux qalbom u jfittxu kull tip ta’ sport, iridu jkunu paċenzjużi, għax is- suċċess irid il-ħin u d-dedikazzjoni!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport