Iċ-ċiklun li laqat lil pajjiżna fl-aħħar jiem fakkarna f’verità sempliċi: is-saħħa ta’ Malta ma titkejjilx bil-qawwa tar-riħ, iżda bil-karattru ta’ dawk li jibqgħu fuq quddiem.
Dan iddikjarah ma’ dan is-sit, l-Ambaxxatur Emeritu Tony De Bono. Jgħidilna li “meta n-nies fis-servizz pubbliku jidħlu fil-periklu mhux għax huma obbligati, iżda għax il-kuxjenza tgħidilhom li hemm bżonnhom, il-pajjiż għandu d-dmir jagħraf dak il-kuraġġ. Iċ-ċiniżmu dejjem isib min jgħannih, iżda t-tmexxija ma tistax timxi fuq il-biża’ jew is-suspetti.”
“Stat li jonora s-sagrifiċċju jsaħħaħ il-fiduċja bejn iċ-ċittadin u l-istituzzjonijiet; stat li jinjorah idgħajjef il-pedamenti tiegħu stess. Meta nagħrfu servizz straordinarju, inkunu qed nikkonfermaw il-valuri li jżommuna magħqudin bħala nazzjon. Prosit Prim Ministru Dr Robert Abela u kollegi sħabu li bla tlaqlieq u b’ħeffa ddeliberaw”.

