Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Ovvjament bħal kull tifel u tifla tiġi espost għall-isport minn etá żgħira. Tibda mid-dar fejn tal-familja jaraw il-futbol barrani u mbagħad tidħol parti minn nursery tar-raħal li int tkun tgħix fih. Sfortunatanent ma kontx persuna ta’ livell fil-futbol bħala plejer peró dejjem interessatni l-amministrazzjoni u l-funzjoni ta’ klabb tal-futbol u minn hemm dħalt sew fil-futbol Malti.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala Team Manager ta’ Tarxien Rainbows FC, fejn dan kien proprju l-ewwel staġun tiegħek tokkupa dan ir-rwol.
Bdiet permezz ta’ telefonata li rċevejt minn membru tal-kumitat kif ukoll mill-Captain u l-viċi-captain f’Ġunju li għadda. Kienu jafu li kont se nieqaf mis-South End Core wara erba’ snin u wara li raw ix-xogħol li kont għamilt ma’ din l-organizzazzjoni, ipproponewni mal-president, u l-president talabni biex nieħu dan it-rwol fil-klabb ta’ Ħal Tarxien. Minn hemm sar l-ewwel kuntatt mal-kowċ bravissimu Jacques Scerri li llum inqisu bħala membru tal-familja u minn hawn nirringrazzjaħ ta’ kemm afdani u għallimni affarijiet li żgur se nsibom ta’ għajnuna f’din il-karriera ta’ Team Manager.
Kienet esperjenza mimlija emozzjonijiet li nista’ ngħid li f’sena waħda doqt dak kollu li seta’ jaffaċja Team Manager fi staġun wieħed. L-importanza li nżommu mal-baġit finanzjarju kienet kruċjali u ma kinitx faċli li tibni skwadra kompetittiva filwaqt li żżomm in line mal-baġit filwaqt li t-tibdil fil-mentalitá fuq il-pitch u barra minnu kienet l-aktar waħda diffiċli peres li l-istaġun li għadda l-klabb evita r-relegazzjoni fl-aħħar żewġ logħbiet tal-istaġun.
X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-kisba tal-promozzjoni minn Tarxien Rainbows FC mill BOV Challenge League għall-Malta Premier?
Is-suċċess ta’ Tarxien Rainbws FC hu grazzi għall-kollettiv ta’ kulħadd. Il-plejers li mill-ewwel ġurnata ħadu t-taħriġ kuljum bis-serjetá u li kienu wkoll pożittivi tul l-istaġun kollu, l-istaff tekniku li konna spalla ta’ xulxin u nippuxjaw lil xulxin anke fi żmien li aħna sejjaħnilu l-‘mument baxx’ f’dan l-istaġun, il-partitarji li meta saqsejna għall-għajnuna finanzjarja biex inkunu nistgħu nsaħħu l-iskwadra f’Jannar għenuna u għamlu l-parti tagħhom kif ukoll il-kumitat immexxi mill-president, is-Sur Tony Cassar.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal-futbol Malti qiegħed jogħla f’kull diviżjoni. Jekk bħala klabb m’għandekx strutturi u ‘man power’, ma tlaħħaqx u ma tistax tikkompeti.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Nemmen li bħala riżorsi ta’ grawnds fejn isiru l-logħob huma addattati. Irridu nżommu f’moħħna li jkun hawn numru kbir ta’ fixtures li jintlgħabu fuq tliet ijiem f’madwar 5-6 stadiums. Humiex kolla perfetti? Le għax kull ground għandu il-karatteristiċi tiegħu u l-limitazzjonojiet tiegħu.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Ovvjament, issa nħarsu lejn il-kompetizzjoni li jmiss dik tal-BOV Challenge League Cup. Kif tispiċċa din il-kompetizzjoni mbagħad minn hemm naraw xi pjanijiet għandha għaliha din il-logħba sabiħa tal-ballun.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.
Kun onest, trasparenti u li tagħmel agħmlu minn qalbek. Taqtax qalbek u fejn issib diffikultá, sib il-kuraġġ u anke l-għajnuna!