Sunday, December 22, 2024

“Is-Sufu” jeħel 30 xahar ħabs talli ħebb għal ieħor li pejjep ħdejh

Aqra wkoll

Ronnie Azzopardi, magħruf bħala “is-Sufu” ta’ 52 sena li bħalissa qiegħed jiskonta piena ta’ għomor il-ħabs fuq qtil, reġa’ ġie kkundannat 30 xahar ħabs wara li ħebb għal priġunier ieħor li mar ipejjep ħdejh.

Azzopardi ġie akkużżat li fil-11 ta’ Frar tas-sena li għaddiet daħal f’argument fil-bitħa tal-ħabs. L-akkużat ammetta quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fejn saħqet li hu seta resaq bil-kwiet lejn parti oħra tal-bitħa minflok daħal f’argument.

Il-Qorti qalet li llum il-ġurnata l-akkużat u l-vittma huma ħbieb u kkunsidrat ukoll li l-akkużat qiegħed il-ħabs fuq piena ta’ għomor il-ħabs fuq qtil u 20 sena oħra fuq attentat ta’ qtil.

Fil-fatt fl-2005, Azzopardi kien insab ħati li poġġa bomba fi triq bil-ħsieb li joqtol persuna partikolari, iżda minflok qatel lil Angela Bondin.

Hu qed jiskonta sentenza ta’ 20 sena ħabs hekk kif fl-2003 kien instab ħati li pprova joqtol raġel wara li sparalu tiri minn karozza.

Il-vittma ta’ dan l-attentat ta’ qtil kien jiġi qarib ta’ raġel li qed jiskonta piena ta’ ħabs wara li nstab ħati li qatel lil ħu Ronnie Azzopardi.

Ekonomija

Sport