Sunday, December 22, 2024

‘Is-Super League diġa’ jeżisti’ – Adriano Galliani

Aqra wkoll

Id-direttur ta’ Monza, Adriano Galliani jinnota, li s-Super League ‘diġà jeżisti u jissejjaħ Premer League.’

L-eks CEO ta’ Milan tkellem ma’ DAZN nhar it-Tnejn wara attività ta’ karità organizzata f’Milan biex tappoġġja lill-Ukrajna u li għaliha attenda l-leġġendarju Rossonero, Andriy Shevchenko.

“Is-Super League diġà jeżisti u jissejjaħ Premier League,” qal Galliani li kien mistoqsi dwar is-suq ta’ Jannar u d-distakk bejn l-aqwa ħames kampjonati Ewropej.

“Huwa proċess irriversibbli, ilni fil-football biżżejjed biex inkun naf li d-dħul huwa strettament marbut mar-rebħiet.”

Monza ta’ Galliani tilfu logħba waħda biss fl-2023, il-ġimgħa li għaddiet kontra Milan, u l-uffiċjal ta’ 78 sena kompla jfaħħar lill-coach tiegħu, Raffaele Palladino, li kien ingaġġat f’Settembru.

“Kien l-għażla t-tajba għax biddel il-mentalità u mmotiva lit-team.”

Galliani żvela wkoll li feraħ lil Stefano Pioli għar-rebħ tal-unur tal-unur ta’ Coach tas-Sena u qal li ċ-Champions League mirbuħ fl-1989, l-ewwel wieħed tal-era Berlusconi f’Milan hija l-aqwa tifkira taż-żmien tiegħu fil-club.

Milan rebħu 29 trofew matul is-sjieda ta’ Berlusconi għal 31 sena, inklużi ħames Champions Leagues u tmien titli tas-Serie A. L-eks Prim Ministru tal-Italja biegħ il-club fl-2017 lill-imprenditur Ċiniż Li Yonghong li żamm il-clubb għal wieħed.

Milan rebħu 29 trofew matul is-sjieda ta’ Berlusconi għal 31 sena, inklużi ħames Champions League u tmien titli tas-Serie A. L-eks PM tal-Italja biegħ il-klabb fl-2017 lill-imprenditur Ċiniż Li Yonghong li żamm il-klabb għal staġun wieħed qabel it-teħid ta’ kontroll ta’ Elliott Management.

Sadanittant, osservaturi u opinjonisti tal-Premier League Ingliż qed jgħidu li dak li qed jintqal minn persuni ta’ stoffa tas-Serie A bħal Galliani u l-coach ta’ Milan, Stefano Pioli, kif ukoll oħrajn minn Spanja bħal Fiorentino Perez, president ta’ Real Madrid u dak ta’ Liga, Javier Tebas, insew meta l-kampjonati tagħhom kienu finanzjarjament stabbli u kienu jattiraw l-aqwa players tad-dinja.

Ekonomija

Sport