Thursday, January 8, 2026

Is-suq tal-propjetà jibqa’ reżiljenti peress li tkompli tikber l-attività fil-konvenji

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi f’Malta (MDA) tinnota li l-attività fil-Konvenji baqgħet b’saħħitha u qed tikber. Dan juri li s-suq tal-proprjetà f’Malta għadu reżiljenti. Meta nqisu s-sena kollha, in-numru ta’ kuntratti żdied minn 15,266 fl-2024 għal 16,636 fl-2025 – żieda ta’ 7 fil-mija. Fl-istess ħin, il-valur totali tagħhom tela’ minn €5.11 biljun għal kważi €6 biljun, jiġifieri żieda ta’ €851 miljun jew 17 fil-mija.

Dawn iċ-ċifri juru li ħafna familji Maltin u Għawdxin għadhom jqisu l-proprjetà bħala laħjar investiment. Kważi €6 biljun f’konvenji juri li għad hemm fiduċja kbira filproprjetà bħala investiment fit-tul, u jenfasizzaw ukoll l-importanza li jkollna suq ġust u aċċessibbli għal kulħadd.

Il-President tal-MDA, Michael Stivala, qal li dawn ir-riżultati juru kemm is-settur talproprjetà hu importanti għall-ekonomija Maltija. Huwa żied jgħid li l-Assoċjazzjoni se tkompli taħdem biex is-settur jibqa’ sostenibbli fit-tul, biex ikun hemm żvilupp urban responsabbli, aktar protezzjoni għall- ‘Green Spaces’, inqas burokrazija bla bżonn, u sistema ġusta għall-xerrejja, bejjiegħa u investituri. Huwa qal ukoll li l-Assoċjazzjoni qed tħares lejn sena oħra pożittiva għal dan is-settur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport